Għodda komparattiva

Tip ta’ riżultati:

Stimi: Aggregazzjoni stabbilita minn Verian tal-istimi nazzjonali disponibbli jew tad-dejta tal-votazzjoni li jirriżultaw mill-elezzjonijiet u ppubblikati fi Stat Membru partikolari wara li l-votazzjoni tkun intemmet, ibbażata fuq istituzzjonijiet elettorali nazzjonali magħrufa sew u affidabbli.

Projezzjoni: Il-projezzjoni tal-Parlament Ewropew hija stima tal-kompożizzjoni tiegħu li tirriżulta mill-elezzjonijiet. Din hija stabbilita minn Verian bħala aggregazzjoni tar-riżultati disponibbli tal-elezzjonijiet, tal-istimi jew tad-dejta dwar il-votazzjoni li jkunu ġew ippubblikati fl-Istati Membri wara li l-votazzjoni tkun intemmet. Mingħajr preġudizzju għall-kompożizzjoni tal-Parlament elett ġdid, il-projezzjoni hija bbażata fuq l-istruttura tal-Parlament uxxenti.

Proviżorju: Il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew ibbażata fuq ir-riżultati nazzjonali proviżorji jew finali disponibbli ppubblikati wara li l-votazzjoni tkun intemmet fl-Istati Membri kollha, ibbażata fuq l-istruttura tal-Parlament uxxenti.

Riżultati proviżorji: L-ewwel riżultati kif ippreżentati mill-awtorità elettorali uffiċjali tal-Istat Membru abbażi tal-perċentwal tal-voti magħduda.

Riżultati finali: Ir-riżultati kif ippubblikati mill-awtorità elettorali uffiċjali tal-Istat Membru wara li jkunu ġew magħduda l-voti kollha.

Riżultati uffiċjali: Ir-riżultati definittivi kif ipproklamati mill-awtorità elettorali uffiċjali tal-Istat Membru u vvalidati mill-awtorità leġiżlattiva nazzjonali.

Sessjoni kostituttiva: Ir-riżultati kif imħabbra uffiċjalment mill-Parlament Ewropew elett ġdid wara l-verifika tal-kriterji tal-membri eliġibbli.

Parlament uxxenti: Il-Parlament Ewropew kif ikkonfigurat fl-aħħar sessjoni parlamentari tal-leġiżlatura attwali.

Skont ir-regoli ta’ proċedura tal-Parlament, grupp politiku għandu jikkonsisti minn tal-anqas 23 membru elett minn tal-anqas seba’ Stati Membri.